Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta Settembru 2008 - SAZAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-420/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Združenje skladateljev, avtorjev in založnikov za zaščito avtorskih pravic Slovenije (Sazas) (Trzin, l-Islovenja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38698 - CISAC); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annullament tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/C2/38.698 - CISAC) billi tallega li 24 minn fost is-soċjetajiet ta' CISAC1 ibbażati fiż-ŻEE, inkluża r-rikorrenti, ħadu sehem fi prattika miftiehma "billi kkordinaw id-deskrizzjoni territorjali tal-mandati rappreżentattivi reċiproċi mogħtija lil xulxin b'mod li jillimita l-liċenzja għat-territorju domestiku ta' kull soċjeta għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur (collecting society)."

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili jew identiċi għal dawk imqajma fil-Kawża T-413/08.

____________

1 - Tirreferi għall-Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tal-Awturi u tal-Kompożituri ("CISAC")