Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 - LATGA-A vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-419/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lietuvos Autorių Teisių Gynimo Asociacijos Agentūra (LATGA-A) (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors ir-rikorrenti qed titlob l-annullament parzjali, skont l-Artikolu 230 KE, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, fil-Każ COMP/C2/38.698 - CISAC dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE. Ir-rikorrenti tikkontesta speċifikament l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata li l-konfini territorjali tal-mandati ta' rappreżentazzjoni reċiproka mogħtija minn soċjetà ta' awturi lil oħra jikkostitwixxu prattika miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali mressqa mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk imressqa mir-rikorrenti fil-Kawża T-415/08 IMRO vs Il-Kummissjoni.

____________