Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 taʼ April 2013 – AEPI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Deċizjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni ta’ innoċenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment P. Xanthopoulos u T. Asprogerakas Grivas, sussegwentement T. Asprogerakas Grivas, avukati)

Konvenuta): Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou u F. Castillo de la Torre, aġenti, assistiti inizjalment minn M. Moustakali, sussegwentement minn S. Dempegiotis, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).DispożittivL-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC), huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE.L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali huwa annullat, inkwantu jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, sa fejn jikkonċerna lil AEPI.Il-kumplament tar-rikors huwa miċhud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ AEPI.AEPI għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.