Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Ġunju 2010 - Matratzen Concord vs UASI - Barranco Schnitzler u Barranco Rodriguez (MATRATZEN CONCORD)

(Kawża T-351/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MATRATZEN CONCORD - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MATRATZEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pablo Barranco Schnitzler u Mariano Barranco Rodriguez (Sant Just Desvern, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta' Mejju 2008 (Każ R 1034/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn, minn naħa, Pablo Barranco Schnitzler u Mariano Barranco Rodriguez u, min-naħa l-oħra, Matratzen Concord GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta' Mejju 2008 (Każ R 1034/2007-2) hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 285, 08.11.2008.