Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Rabaʼ Awla) tat-13 taʼ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles - Belgique Office national dʼallocations familiales pour travailleurs salariés (ONAFTS) vs Radia Hadj Ahmed

(C-45/12)1

“Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti – Regolament (KEE) Nru 1408/71 – Kamp taʼ applikazzjoni ratione personae – Għoti taʼ benefiċċji tal-familja lil ċittadin taʼ Stat terz li jkun jibbenefika minn dritt taʼ residenza fi Stat Membru – Regolament (KE) Nru 859/2003 – Direttiva 2004/38/KE – Regolament (KEE) Nru 1612/68 – Kundizzjoni taʼ tul taʼ residenza”

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Office national dʼallocations familiales pour travailleurs salariés (ONAFTS)

Konvenuta: Radia Hadj Ahmed

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Cour du travail de Bruxelles - Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(f) Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1408/71, tal-14 taʼ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) - Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(2) u 14 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 taʼ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) - Interpretazzjoni tal-Artikolu 18 TFUE u tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Għoti taʼ benefiċċji tal-familja lil ċittadina taʼ Stat terz li kisbet dritt taʼ residenza fi Stat Membru sabiex tingħaqad, barra ż-żwieġ jew sħubija rreġistrata, maʼ ċittadin taʼ Stat Membru ieħor - Preżenza taʼ wild ieħor, ċittadin taʼ pajjiż terz - Kamp taʼ applikazzjoni ratione personae tar-Regolament Nru 1408/71 - Definizzjoni taʼ “membru tal-familja” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi kundizzjoni taʼ tul taʼ residenza għall-għoti taʼ benefiċċji tal-familja - Trattament ugwali

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 taʼ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 taʼ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 taʼ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadina taʼ Stat terz jew it-tifla tagħha, li hija wkoll ċittadina taʼ Stat terz, ġaladarba dawn tal-aħħar ikunu fis-sitwazzjoni li ġejja:

–        din iċ-ċittadina taʼ Stat terz kisbet, fʼinqas minn ħames snin ilu, permess taʼ residenza fi Stat Membru sabiex tingħaqad, barra ż-żwieġ jew sħubija rreġistrata, maʼ ċittadin taʼ Stat Membru ieħor, li minnu għandha wild ċittadin taʼ dan l-aħħar Stat Membru;

–        huwa biss dak iċ-ċittadin taʼ Stat Membru ieħor li għandu l-istatus taʼ ħaddiem;

–        il-koabitazzjoni bejn l-imsemmija ċittadina taʼ Stat terz u l-imsemmi ċittadin taʼ Stat Membru ieħor fil-frattemp spiċċat; u

–        iż-żewġt itfal jgħixu flimkien mal-omm,

ma jaqgħux taħt il-kamp taʼ applikazzjoni ratione personae taʼ dak ir-regolament, sakemm din iċ-ċittadina taʼ stat terz jew it-tifla tagħha ma jkunux jistgħu jiġu kkunsidrati, fis-sens tal-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni taʼ din tal-aħħar, bħala “membri tal-familja” taċ-ċittadin taʼ Stat Membru ieħor jew, jekk fin-negattiv, jekk huma jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala “prinċipalment dipendenti” fuq dan tal-aħħar.

2)      L-Artikoli 13(2) u 14 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 taʼ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, moqrija flimkien mal-Artikolu 18 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni taʼ Stat Membru, li permezz tagħhom dan tal-aħħar jimponi fuq ċittadina taʼ Stat terz, meta din tkun tinsab fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt 1 tad-dispożittiv taʼ din is-sentenza, kundizzjoni taʼ tul taʼ residenza taʼ ħames snin għall-għoti taʼ benefiċċji tal-familja garantiti, filwaqt li ma jimponihiex fuq iċ-ċittadini proprji tiegħu

____________

1 ĠU C ##, ##.