Language of document : ECLI:EU:T:2015:507





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 —
GEA Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar ta’ prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali sensittiva — Multi — Imputazzjoni tal-ksur — Preżunzjoni kapitalistika — Tul u prova tal-ksur — Preskrizzjoni — Tul tal-proċedura amministrattiva — Terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija omm u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni –Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji miżmuma fit-totalità jew fil-kważi totalità minnha, inkluż fil-każ ta’ holding — Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni — Ksur tal-prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, ta’ responsabbiltà personali u ta’ nulla poena sine lege — Assenza (Artikolu 81 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 133-136, 141-145, 155, 162-165)

2.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija omm u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Eżerċizzju ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja li jista’ jiġi dedott minn serje ta’ indizji relatati ma’ rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u legali mal-kumpannija omm (Artikolu 81 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 169, 170, 176-184)

3.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju — Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Serje ta’ indizji — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà jew it-tul tal-ksur (Artikolu 81 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 188-199, 253)

4.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur minħabba tul eċċessiv tal-proċedura — Kundizzjoni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-persuna kkonċernata — Portata (Artikolu 81 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53) (ara l-punti 293-297, 302-309)

5.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Neċessità ta’ informazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Artikolu 81 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18) (ara l-punt 311)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 final, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi termiċi), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GEA Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż.