Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – People Over Wind, Peter Sweetman vs Coillte Teoranta

(Kawża C-323/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni ta’ habitats naturali – Żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Artikolu 6(3) – Screening bil-ħsieb li tiġi ddeterminata n-neċessità li ssir jew le evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Miżuri li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għal dan l-għan)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: People Over Wind, Peter Sweetman

Konvenuta: Coillte Teoranta

Dispożittiv

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex neċessarju li sussegwentement titwettaq evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq is-sit ikkonċernat, ma hemmx lok, matul il-fażi ta’ screening, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-miżuri intiżi sabiex jiġu evitati jew imnaqqsa l-effetti negattivi ta’ dan il-pjan jew il-proġett fuq dan is-sit.

____________

1     ĠU C 277, 21.08.2017