Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2014 – Klyuyev vs Il-Kunsill

(Kawża T-341/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sergiy Klyuyev (Donetsk, l-Ukraina) (rappreżentant: R. Gherson, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, sa fejn tapplika għar-rikorrent:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina; u

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li sitta minnhom huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk fil-Kawża T-340/14, Klyuyev vs Il-Kunsill.

Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jissodisfa l-kriterju sabiex jinkludi lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi, jiġifieri li l-persuna ġiet identifikata bħala li hija responsabbli għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat Ukren jew ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina, filwaqt li l-unika raġuni mogħtija sabiex ir-rikorrent jiġi inkluż fil-lista hija, li qed jingħad li huwa suġġett għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f’delitti marbuta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat Ukren u t-trasferiment illegali tagħhom barra mill-Ukraina.