Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Frar 2012 - Verenigde Douaneagenten vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/11) 

("Unjoni doganali - Importazzjoni ta' zokkor tal-kannamieli mhux raffinat mill-Antilli Olandiżi - Irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal remissjoni ta' dazju fuq l-importazzjoni - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (CEE) Nru 2913/92 - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Verenigde Douaneagenten BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. van der Meché u S. Moolenaar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: L. Bouyon u B. Burggraaf, aġenti)

Suġġett

Talba għal-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6754 finali, tal-1 ta' Ottubru 2010, li tikkonstata, minn naħa, li hemm lok li jsir irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni u, min-naħa l-oħra, li r-remissjoni fuq dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata f'każ partikolari (REC 02/09).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6754 finali, tal-1 ta' Ottubru 2010, sa fejn tikkonstata li r-remissjoni ta' dazji fuq l-importazzjoni ta' ammont ta' EUR 531 985.59 skont l-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, ma hijiex iġġustifikata, hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 103, 02.04.2011.