Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2012 - Fraas vs UASI (disinn iċċangjat imnisseġ bil-kuluri roża, vjola, beġ u griż skur)

(Kawża T-31/11) 

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja li tirrapreżenta disinn iċċangjat imnisseġ bil-kuluri roża, vjola, beġ u griż skur - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta' karattru distintiv - Artkolu 7(1)(b), Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-15 ta' Novembru 2010 (Każ R 1284/2010 4), li tirrigwarda r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat imnisseġ bil-kuluri roża, vjola, beġ u griż skur, bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

V. Fraas GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 72, 5.3.2011.