Language of document : ECLI:EU:T:2012:63





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Frar 2012 — Verenigde Douaneagenten vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/11)

“Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ zokkor tal-kannamieli mhux irraffinat mill-Antilli Olandiżi — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Talba għar-remissjoni ta’ dazju fuq l-importazzjoni — Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”

1.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali Komuni — Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 220(2)(b)) (ara l-punti 26, 27, 36)

2.                     Rikors għal annullament — Motivi — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Eżami ex officio mill-qorti (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 48, 49)

3.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni — Applikazzjoni tal-klawżola ta’ ekwità stabbilita mill-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal Komunità (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 220(2)(b) u 239) (ara l-punti 50-52)

4.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Rimbors jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni — Applikazzjoni tal-klawżola ta’ ekwità stabbilita mill-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal Komunità (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 220(2) u 239; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikoli 871 u 905) (ara l-punti 53-55)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6754 finali, tal‑1 ta’ Ottubru 2010, li tikkonstata, minn naħa, li hemm lok li jsir dħul fil-kontijiet a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni u, min-naħa l-oħra, li r-remissjoni fuq dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata f’każ partikolari (REC 02/09).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6754 finali, tal‑1 ta’ Ottubru 2010, sa fejn tikkonstata li r-remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni ta’ ammont ta’ EUR 531 985.59 skont l-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, ma hijiex iġġustifikata, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.