Language of document : ECLI:EU:T:2014:797





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Settembru 2014 –Canon Europa vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑34/11)

“Rikors għal annullament – Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika – Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda – Subintestaturi tariffarji – Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji – Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolamentari fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni ta’ atti leġiżlattivi – Regolament dwar in-Nomenklatura Magħquda – Inklużjoni – Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni fis-sens tal-imsemmi dispożizzjoni tat-Trattat – Eżistenza ta’ rimedji ġudizzjarji nazzjonali kontra dawn il-miżuri – Inammissibbiltà tar-rikors għal annullament (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 861/2010, Anness) (ara l-punti 33-39, 47, 48, 50, 51, 55)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa minn Konica Minolta Business Solutions Europe GmbH u Olivetti SpA.

3)

Canon Europa NV hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.