Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2011 - Sanyō Denki vs UASI - Telefónica O2 Germany (eneloop)

(Kawża T-309/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sanyō Denki Kabushiki Kaisha (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: inizjalment M. De Zorti, M. Koch u T. Grimm, sussegwentement V. Schmitz-Fohrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment M. Ahlgren, sussegwentement M. Ahlgren u J.F. Crespo Carillo, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' Mejju 2009 (Każ R 794/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG u Sanyō Denki Kabushiki Kaisha.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)    Ir-rikorrenti u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk inkorsi mill-konvenut.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.