Language of document : ECLI:EU:T:2010:509





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 – Earle Beauty vs UASI (NATURALLY ACTIVE)

(Kawża T-307/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NATURALLY ACTIVE – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv intrinsiku – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu − Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv - Sinjal verbali NATURALLY ACTIVE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 24, 26-28, 32-37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Mejju 2009 (Każ R 27/2009‑2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas‑sinjal verbali “NATURALLY ACTIVE” bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Liz Earle Beauty Co. Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali NATURALLY ACTIVE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 16, 18, 35 u 44 – Applikazzjoni Nru 6531438

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis‑Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Mejju 2009 (Każ R 27/2009‑2), hija annullata sa fejn hija tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat‑trade mark Komunitarja tas-sinjal verbali NATURALLY ACTIVE, għal boroż għall-ħwejjeġ għall-ħasil, basktijiet u kaxxi tal-kosmetiċi, boroż tal‑baħar, basktijiet tal-idejn, basktijiet li jiddendlu minn fuq l-ispalla, boroż bi spag, portmonijiet, kartieri, vanity cases, kaxxetti għall-affarijiet tas‑sbuħija, basktijiet tal-kanvas u boroż għall-mirja, li jirriżultaw mill‑klassi 18 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u ta’ servizzi għar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Liz Earle Beauty Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi mill-ispejjeż tal-UASI. Din tal-aħħar għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.