Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Diċembru 2010 - Earle Beauty vs UASI (NATURALLY ACTIVE)

(Kawża T-307/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali NATURALLY ACTIVE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv intrinsiku - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub bl-użu − Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Liz Earle Beauty Co. Ltd. (Ryde, Isle of Wight, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Cover, sussegwentement minn K. O'Rourke, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Mejju 2009 (Każ R 27/2009-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali "NATURALLY ACTIVE" bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta' Mejju 2009 (Każ R 27/2009-2), hija annullata safejn hija tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tas-sinjal verbali NATURALLY ACTIVE, għal boroż għall-ħwejjeġ għall-ħasil, basktijiet u kaxxi tal-kosmetiċi, boroż tal-baħar, basktijiet tal-idejn, basktijiet li jiddendlu minn fuq l-ispalla, boroż bi spag, portmonijiet, kartieri, vanity cases, kaxxetti għall-affarijiet tas-sbuħija, basktijiet tal-kanvas u boroż għall-mirja, li jirriżultaw mill-klassi 18 fis-sens tal-Ftehim ta' Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta' prodotti u ta' servizzi għar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta' Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Liz Earle Beauty Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi mill-ispejjeż tal-UASI. Din tal-aħħar għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 244, 10.10.2009.