Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awissu 2013 – Métropole Gestion vs UASI – Metropol (METROPOL)

(Kawża T-431/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Métropole Gestion (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M.-A. Roux Steinkühler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Metropol Investment Financial Company Ltd (Moska, ir-Russja)

Talbiet

tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli u fondat u, għaldaqstant;

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn hija rrifjutat li tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja kkontestata billi tibbaża fuq it-trade marks Nru 02 3 167 081, Nru 02 3 167 084 u Nru 794 040, u s-sinjali l-oħrajn mhux irreġistrati;

tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn iddikjarat l-invalidità parzjali tat-trade mark Nru 3 590 981 abbażi tat-trade mark preċedenti Nru 02 3 143 685;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “METROPOL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36 u 42- Trade mark Komunitarja Nru 3 590 981

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Metropol Investment Financial Company Ltd

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark nazzjonali verbali “METROPOLE” u trade marks figurattivi nazzjonali u internazzjonali “METROPOLE” għal servizzi fil-klassi 36

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.