Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Diadikasia Symvouloi Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-261/12) 1

(“Rikors għal annullament – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-kompetizzjoni fis-Serbja – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Diadikasia Symvouloi Epicheiriseon AE (Chalandri, il-Greċja) (rappreżentant: A. Krystallidis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u P. van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Serbja, li tannulla d-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropeAid/131427/C/SER/RS, li tikkonċerna t-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-kompetizzjoni fis-Serbja (ĠU 2011/S 147-243259).DispożittivIr-rikors huwa miċħudDiadikasia Symvouloi Epicheiriseon AE hija kkundannata għall-ispejjeż.