Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ottubru 2011 - Maxima Grupė vs UASI - Bodegas Maximo (MAXIMA PREMIUM)

(Kawża T-523/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maxima Grupė, UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentanti: R. Žabolienė u E. Saukalas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Bodegas Maximo, SL (Oyón, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta' Awwissu 2011, fil-Każ R 1584/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "MAXIMA PREMIUM", għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 16, 29, 30, 31, 32 u 33 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6981443

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6642284, tat-trade mark verbali "MAXIMO", għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni mingħajr ma ttieħdu inkunsiderazzjoni l-aspetti kollha rilevanti għal dan il-każ, inkluż karattru distintiv intrinsikament baxx ta' "MAXIMO/MAXIMA", xebh tas-sinjali, u l-fatt li l-pubbliku rilevanti huwa attent ħafna u infurmat sew.

____________