Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2014 – Genebre vs UASI – General Electric (GE)

(Kawża T-520/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Genebre, SA (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: General Electric Company (Schenectady, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment S. Malynicz, barrister, sussegwentement E. Armijo Chávarri, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Lulju 2011 (Każ R 20/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn General Electric Company u Genebre SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Genebre SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 13, 14.01.2012.