Language of document : ECLI:EU:T:2013:325





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Otero González vs UASI – Apli-Agipa (APLI-AGIPA)

(Kawża T‑522/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali APLI-AGIPA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AGIPA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Paragun tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26-28)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali APLI-AGIPA u AGIPA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31, 36-39)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 32)

4.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6)) (ara l-punt 41)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1454/2010-2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn José Luis Otero González u Apli-Agipa SAS.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-13 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1454/2010-2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn José Luis Otero González u Apli-Agipa SAS hija annullata, sa fejn tilqa’ r-rikors ta’ Apli-Agipa u tawtorizzalha r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarju verbali AGIPA għal “ritratti, adeżivi, (sustanza li twaħħal) għall-użu ta’ kartolerija jew tad-dar, pniezel, oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (apparti l-għamara), materjal għat-tagħlim jew għat-taħriġ (ħlief apparat); materjali tal-plastik għall-ippakkjar (mhux inklużi fi klassijiet oħra), tipa tal-printer; inċiżjonijiet tal-istampar”, li jaqgħu taħt il-klassi 16 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn J. L. Otero González.

4)

Apli-Agipa għandha tbati l-ispejjeż tagħha.