Language of document : ECLI:EU:T:2014:920

Kawża T‑429/13

(pubblikazzjoni ta’ estratti)

Bayer CropScience AG

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Intervent — Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima — Assoċjazzjoni rappreżentattiva li għandha bħala għan id-difiża tal-interessi tal-membri tagħha — Kunfidenzjalità”

Sommarju — Digriet tal-Qorti Ġenerali (L‑Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2014

1.      Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Persuni kkonċernati — Assoċjazzjoni rappreżentattiva li għandha bħala għan il-protezzjoni tal-membri tagħha — Ammissibbiltà f’kawżi li jqajmu kwistjonijiet ta’ prinċipju tali li jaffettwaw lil dawn il-membri — Kundizzjonijiet — Interpretazzjoni wiesgħa

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)

2.      Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Persuni kkonċernati — Membru ta’ assoċjazzjoni rappreżentattiva, ammessa tintervjeni — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima distinta minn dik tal-assoċjazzjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 22, 23, 69)

2.      L-ammissjoni tat-talbiet għal intervent supplimentari u fl-istess sens min-naħa tal-membri ta’ assoċjazzjoni rappreżentattiva tal-interessi tagħhom tippreżupponi li dawn tal-aħħar juru li għandhom interessi għas-soluzzjoni tat-tilwima distinti minn dawk tal-assoċjazzjoni, ammessa tintervjeni, li huma membri tagħha.

(ara l-punt 66)