Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Settembru 2012 - Serrano Aranda vs UASI - Burg Groep (LE LANCIER)

(Kawża T-265/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali LE LANCIER - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti EL LANCERO - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Oppożizzjoni miċħuda"]

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Enrique Serrano Aranda (Murcie, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, sussegwentement J. Calderón Chavero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment W. Verburg u S. Bonne, sussegwentement S. Bonne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Burg Groep BV (Bergen, l-Olanda)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta' Marzu 2009 (Każ R 366/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Enrique Serrano Aranda u Burg Groep BV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Enrique Serrano Aranda huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 205, 29.08.2009.