Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Lulju 2009 - Pineapple Trademarks vs UASI - Dalmau Salmons (KUSTOM)

(Kawża T-272/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pineapple Trademarks Pty Ltd (Burleigh Heads, l-Awstralja) (rappreżentant: N. Saunders, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Angel Custodio Dalmau Salmons (Barċellona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Marzu 2009 fil-Każ R 383/2008-1 u tibgħat mill-ġdid l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja lill-UASI sabiex huwa jkun jista' jipproċedi; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Pineapple Trademarks Pty Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "KUSTOM", għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark verbali "CUSTO", għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonstata li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti peress li l-Bord tal-Appell għamel konstatazzjonijiet fir-rigward tax-xebh fuq livell ta' smigħ u kunċettwali bejn it-trade marks ikkonċernati li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà tikkummenta u li ma kinux sostnuti minn ebda prova rilevanti.

____________