Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Lulju 2009 - Serrano Aranda vs UASI - Burg Groep (LE LANCIER)

(Kawża T-265/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Enrique Serrano Aranda (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, abogado u T. Villate Consonni, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Burg Groep BV (Bergen, l-Olanda)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta' Marzu 2009 fil-Każ R-366/2008-1.

fid-dawl tal-annullament preċedenti, tilqa' l-oppożizzjoni bil-konsegwenzi legali korrispondenti u tiċħad fit-totalità tagħha l-applikazzjoni għat-trade mark 3343365.

tikkundanna lill-UASI, u lill-partijiet intervenenti l-oħra għall-ispejjeż ta' dawn il-proċeduri jekk jiġu kkontestati, u tiċħad it-talbiet tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Burg Groep B.V.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali "LE LANCIER" (Applikazzjoni għal registrazzjoni Nru 3.343.365), għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrent.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Spanjola "EL LANCERO" Nru 838.740 għal prodotti fil-klassi 30; trade mark figurattiva Spanjola Nru 941.979, li fiha l-element verbali "EL LANCERO", għal prodotti fil-klassi 30; trade mark verbali Spanjola Nru 943.767 "EL LANCERO", għal prodotti fil-klassi 31, u trade mark verbali Spanjola Nru 1.806.835 "EL LANCERO", għal prodotti fil-klassi 29.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________