Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Settembru 2010 - PVS vs UASI - MeDiTA Medizinische Kurierdienst (medidata)

(Kawża T-270/09)1

" Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva medidata - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MeDiTA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Xebh bejn is-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PVS - Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein-Ruhr GmbH (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Lindberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Pohlmann, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MeDiTA Medizinische Kurierdienst- und Handelsgesellschaft mbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schulte-Beckhausen, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Mejju 2009 (Każ R 1724/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn MeDiTA Medizinische Kurierdienst- und Handelsgesellschaft mbH u PVS - Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein-Ruhr GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

PVS - Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein-Ruhr GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 220, 12.9.2009.