Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Diċembru 2011 - HTTS vs Il-Kunsill

(Kawża T-562/10) 

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bħala prevenzjoni mill-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi - Rikors għal annullament - Obbligu ta' motivazzjoni - Proċedura fil-kontumaċja - Talba għal intervent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Kienzle u M. Schlingmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u Z. Kupčová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta' Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

2)    Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, tal-25 ta' Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 huwa annullat sa fejn jikkonċerna HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH.

3)    Sa fejn ir-Regolament Nru 961/2010 jikkonċerna HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping, l-effetti tiegħu għandhom jinżammu fis-seħħ matul perijodu li ma jistax jaqbeż xahrejn mid-data tal-għoti ta' din is-sentenza.

4)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta' HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping.

____________

1 - ĠU C 46, 12.2.2011.