Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 Novembru 2011 - Hartmann vs UASI (Complete)

(Kawża T-123/10) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Complete - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Natura deskrittiva - Raġuni - Prodotti li jikkostitwixxu grupp omoġenju - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement R. Manea u R.Pethke, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' Jannar 2010 (Każ R 601/2009-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Complete bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Jannar 2010 (Każ R 601/2009-4) hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Paul Hartmann AG, inkluż l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn din tal-aħħar għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1 - ĠU C 134, 22.05.2010.