Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 – Bimbo vs UASI – Cafe’ do Brasil (Caffè KIMBO GOLD MEDAL)

(Kawża T-638/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cafe’ do Brasil SpA (Melito di Napoli, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Każ R 787/2012-4;

tikkundanna l-parti l-oħra, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali “Caffè KIMBO GOLD MEDAL” bl-aħmar, deheb, abjad u iswed għall-prodotti fil-klassijiet 30, 32 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 037 909

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 291 655 għat-trade mark verbali “BIMBO” għall-prodotti fil-klassi 30 u t-trade mark verbali preċedenti Spanjola u Portugiża magħrufa sew “BIMBO”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1),(2) u (5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja