Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 – Wolverine International vs UASI – BH Stores (cushe)

(Kawża T-642/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wolverine International, LP (Grand Cayman, il-Ġżejjer Kajman) (rappreżentanti: M. Plesser u R. Heine, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BH Stores BV (Curaçao, l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1269/2012-4;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “cushe” għal prodotti fil-klassi 25 – Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 859 087 li tindika lill-Unjoni Ewropea

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: probabbiltà ta’ konfużjoni skont l-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u reġistrazzjoni internazzjonali kkontestata li tindika lill-Unjoni Ewropea ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja