Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Wolverine International vs UASI – BH Stores (cushe)

(Kawża T-642/13)1

(Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri lill-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva cushe – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti SHE u figurattivi preċedenti she – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wolverine International, LP (George Town, il-Ġżejjer Kayman, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Plesser u R. Heine, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: BH Stores BV (Curaçao, Curaçao, Entità awtonoma tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: T. Dolde, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1269/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn BH Store BV u Wolverine International, LP.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Wolverine International, LP hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn BH Store BV quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju għall- Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).It-talba ta’ BH Store marbuta mal-ispejjeż li hija sostniet quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI hija miċħuda.

____________

1     ĠU C 85, 22.3.2014.