Language of document : ECLI:EU:T:2015:781





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 –
Wolverine International vs UASI – BH Stores (cushe)

(Kawża T‑642/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri lill-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva cushe – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti SHE u figurattivi preċedenti she – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Eżami tat-talba – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, Artikolu 57(2) u (3)) (ara l-punt 18)

2.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 20-23)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 41, 42, 70)

4.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Trade mark figurattiva cushe – Trade marks verbali SHE u figurattivi preċedenti she (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) u 53(1)(a)) (ara l-punti 44, 48, 69, 72)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 47)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 49-51, 54, 57, 62)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti – Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 74)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1269/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn BH Store BV u Wolverine International, LP.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wolverine International, LP hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn BH Store BV quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju għall- Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

It-talba ta’ BH Store marbuta mal-ispejjeż li hija sostniet quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI hija miċħuda.