Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Rogesa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-643/13) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Skema ta’ skambji ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra – Talba għal aċċess għall-informazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-10 % tal-istallazzjonijiet l-iktar effikaċi tal-industrija tal-azzar – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali ta’ terz – Interess pubbliku superjuri – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Kunċett ta’ informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-ambjent –Rispett tat-termini”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u P.-A. Schütter, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Clotuche-Duvieusart u B. Martenczuk, sussegwentement minn F. Clotuche-Duvieusart u H. Krämer, aġenti)

Suġġett

Applikazzjoni skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2013, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għal dokumenti li fihom informazzjoni dwar il-bażijiet ta’ kalkolu użati mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-10 % tal-istallazzjonijiet li servew bħala punt tat-tluq għad-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment ta’ parametri ta’ riferiment ex ante skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 45, 15.2.2014.