Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-18 ta̕ Ġunju 2013 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-509/09)1

(“Sajd – Kontribuzzjoni finanzjarja għall-implementazzjoni ta’ sistemi ta’ kontroll u ta’ sorveljanza – Deċiżjoni ta’ rifjut ta’ rimbors tal-ispejjeż sostnuti għall-akkwist ta’ żewġ dgħajjes oċejaniċi tal-għassa – Artikolu 296 KE – Direttiva 93/36/KEE – Aspettattivi leġittimi – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: inizjalment L. Inez Fernandes, A. Trindade Mimoso u A. Miranda Boavida, sussegwentement I. Inez Fernandes, H. Leitão u V. Coelho, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u M. Afonso, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2009, li tiddikjara bħala ineliġibbli għal għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/978/KE, tal-10 ta’ Diċembru 2002, dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż maħsuba sabiex jikkontribwixxu għal ċerti azzjonijiet previsti minn ċerti Stati Membri matul is-sena 2002 għall-implementazzjoni ta’ sistemi ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (ĠU L 338, p. 33), l-ispejjeż marbuta mal-akkwist ta’ żewġ dgħajjes oċejaniċi tal-għassa, maħsuba parzjalment għall-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1  ĠU C 80, 27.03.2010.