Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2009 - Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-509/09)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, A. Trindade Mimoso u A. Miranda Boavida, bħala aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-14 ta' Ottubru 2009, ikkomunikata lill-Gvern Portugiż permezz tal-ittra Nru 11656, li tiċħad ir-rimbors tas-somom preċedentement mogħtija għax-xiri ta' żewġ bastimenti, għas-sorveljanza tal-attivitajiet ta' sajd u li jammontaw għal EUR 11 025 000.

tordna lill-konvenuta tagħti deċiżjoni favorevoli għat-talbiet ta' rimbors ippreżentati mill-Gvern Portugiż fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2002/978/KE, tal-10 ta' Diċembru 2002.

tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

a)    Żball fuq kwistjoni ta' liġi, ladarba l-Istat Portugiż osserva kompletament ir-regoli kollha relatati mal-kuntratti pubbliċi;

b)    Żball fuq kwistjoni ta' fatt;

ċ)    Ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni: id-deċiżjoni dwar ir-rikors ma tipprovdi ebda motivazzjoni, limitata kemm hi limitata, li tissustanzja d-deċiżjoni mogħtija. Sabiex tikkontesta u jkollha inċidenza profonda fuq pożizzjonijiet ġuridiċi deċiżament stabbiliti ta' Stat Membru, fejn b'hekk jiġi kkawżat dannu serju fuq dan tal-aħħar, deċiżjoni bħal din għandha tippreżenta, iktar minn kull deċiżjoni oħra, motivazzjoni qawwija u konvinċenti, liema fatt, fi kwalunkwe każ, ma seħħx.

____________