Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – H&M Hennes & Mauritz vs UASI – Yves Saint Laurent (Basktijiet tal-idejn)

(Kawża T-526/13) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta basktijiet tal-idejn – Disinn preċedenti – Raġuni għall-invalidità – Karattru individwali – Artikolu 6 tar-Regolament – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H&M Hennes & Mauritz BV & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yves Saint Laurent SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: N. Decker, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Lulju 2013 (Kawża R 208/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn H&M Hennes & Mauritz BV & Co. KG u Yves Saint Laurent SAS.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.H&M Hennes & Mauritz BV & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti minn Yves Saint Laurent SAS matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1     ĠU C 359, 7.12.2013.