Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2013 – Verus vs UASI – Joie International (MIRUS)

(Kawża T-576/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verus Eood (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joie International Co. Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina)

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell, tat-23 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 715/2012-5) b’mod li l-oppożizzjoni tintlaqa’ b’mod sħiħ u li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 599 416 tiġi miċħuda;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura;

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Joie International Co. LtdTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MIRUS” għal prodotti fil-klassi 12 – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 599 416Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża “MIRUS” għal prodotti fil-klassijiet 12, 25 u 28Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożiz

zjoni miċħudaMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.