Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2013 – Zehnder vs UASI – UAB “Amalva” (komfovent)

(Kawża T-577/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zehnder Verkaufs- und Verwaltungs-AG (Gränichen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: UAB “Amalva” (Vilnius, il-Litwanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Awwissu 2013 mogħtija fil-Każ R 255/2012-4;

tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva ta’ kulur iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “komfovent” għal prodotti fil-Klass 11 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 635 272

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-AppellParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiMotivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark KomunitarjaDeċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-trade mark ikkontestata ddikjarata invalidaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħudaMotivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 75 tar-Regolament dwar

it-trade mark Komunitarja.