Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2013 – Lesaffre u Compagnie vs UASI – Louis Baking Company (BAKING CENTER BY TECHNOLINE)

(Kawża T-575/13)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lesaffre u Compagnie (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. De Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Louis Baking Company, SL (Girona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla totalment id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 2333/2012-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti minn Lesaffre għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Louis Baking Company, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri li tinkludi l-elementi verbali “BANKING CENTRE By TECHNOLINE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30, 35 u 42 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 195 793Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Franċiża “BANKING CENTRE” għal servizzi fil-klassi 41Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.