Language of document : ECLI:EU:T:2015:354





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2015 —
Luxembourg Pamol (Ċipru) u Luxembourg Industries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑578/13)

“Rikors għal annullament — Prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti — Pubblikazzjoni ta’ dokumenti li jikkonċernaw l-iskrizzjoni ta’ sustanza attiva — Ċaħda tat-talba maħsuba sabiex jinkiseb l-ipproċessar kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni — Assenza ta’ imputabbiltà tal-att ikkontestat lill-parti konvenuta — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tal-konvenut — Indikazzjoni bħala parti konvenut, mingħajr żball min-naħa tar-rikorrent, ta’ persuna li ma hijiex l-awtriċi tal-att ikkontestat — Inammissibbiltà — Limiti — Elementsi li jippermettu mingħajr ambigwità l-identifikazzjoni tal-konvenut (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(b)) (ara l-punti 49-51)

2.                     Rikors għal annullament — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Rikors dirett kontra l-awtur tal-att ikkontestat — Eċċezzjonijiet — Atti adottati skont is-setgħat delegati imputabbli lill-istituzzjoni li tiddelega — Deċiżjoni tal- Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) li tippubblika ċerta informazzjoni pprovduta minn impriża li talbet trattament kunfidenzjali — Kompetenza tal-EFSA sabiex tadotta l-imsemmija deċiżjoni — Rikors ippreżentat kontra l-Kummissjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill Nru 1107/2009, Artikoli 12 u 63; Regolament tal-Kummissjoni Nru 188/2011, Artikolu 7(2)) (ara l-punti 53, 67, 69, 73, 80, 83)

3.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Atti preparatorji — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 54)

4.                     Rikors għal annullament — Kwalità ta’ parti konvenuta — Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-ikel — Kwalità ta’ organu jew korp tal-Unjoni (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill Nru 178/2002) (ara l-punt 56)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni, ikkomunikata bl-ittra tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat-8 ta’ Ottubru 2013, li tippubblika ċerti partijiet mid-dokumenti li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti kienu talbu l-kunfidenzjalità.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Luxembourg Pamol (Cyprus) Ltd u Luxembourg Industries Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.