Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 – May vs UASI – Constantin Film Produktion (WINNETOU)

(Kawża T-501/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Karl May Verwaltungs- und Vertriebs- GmbH (Bamberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pejman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Constantin Film Produktion GmbH (München, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tad-9 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 125/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “WINNETOU” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 39, 41, 42 u 43 (Trade mark Komunitarja Nru 2 735 017)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Constantin Film Production GmbHMotivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u trade mark Komunitarja annullata parzjalmentMotivi invokati: ksur tal-prinċipju tal-awtonomija u tal-indipendenza tat-trade mark Komunitarja u tas-sistemi tat-trade marks Komunitarji kif ukoll ksur tal-Artikolu 76 u tal-Art

ikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.