Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 – ASPA vs UASI – Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (ARGENTARIA)

(Kawża T-502/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV (ASPA) (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: K. De Winter u M. De Vroey, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Lulju 2013 fil-Każ R 1581/2011-4.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “ARGENTARIA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 42 – Trade mark Komunitarja Nru 159 707

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tiddikjara l-proċedimenti ta’ kanċellazzjoni magħluqa wara l-waqfien tas-servizzi kkontestati mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud bħala inammissibbli

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 51(1)(a) u 80 tar-Regolament Nru 207/2009.