Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-503/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Artikolu 14 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Prinċipju ta’ qorti stabbilita mil-liġi – Ċaħda tar-rikors tal-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli – Rikors ippreżentat permezz ta’ faks b’firma mhux manuskritta tal-avukat – Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat permezz ta’ faks u l-oriġinal ippreżentat sussegwentement – Tardività tar-rikors – Talba għall-ħlas ta’ somma speċifika bħala kwart mill-ispejjeż sostnuti fir-rigward tal-proċedura fil-Kawża F-56/09 – Appell manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)SuġġettAppell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewoprea (Imħallef uniku) tat-12 ta’ Lulju 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-32/12, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.DispożittivL-appell huwa miċħud.Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.