Language of document : ECLI:EU:T:2014:1





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Jannar 2014 — Stichting Sona u Nao vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑505/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Arranġament ta’ assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej — L-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp — Regoli dettaljati għall-implementazzjoni — Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Ammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ġurisdizzjoni tal-Imħallef għall-miżuri provviżorji — Limiti — Talba intiża li tikseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att li għadu ma ġiex adottat — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 31, 32)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Interess tar-rikorrent li jikseb is-sospensjoni — Deċiżjoni amministrattiva negattiva — Sospensjoni li ma tistax tbiddel is-sitwazzjoni tar-rikorrent — Esklużjoni ħlief għal eċċezzjoni (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 36, 37)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri provviżorji — Għan — Effettività sħiħa tad-deċiżjoni futura fuq il-mertu mingħajr ma tippreġudika s-sens u l-effettività tagħha — Talba intiża li tikseb miżuri li jirriżultaw mill-kuntest tal-kawża prinċipali u li tippreżumi konsegwenzi tad-deċiżjoni prinċipali li ma jistgħux jiġu antiċipati b’ċertezza — Inammissibbiltà (Artikoli 266 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104) (ara l-punti 40, 41, 43-46, 48)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Neċessità li illegalità flagranti u estremament serja tiġi rrimedjata malajr kemm jista’ jkun — Inklużjoni (Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 49)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali (Artikoli 263 TFUE u 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 50-52)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Rikors — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba — Assenza ta’ indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti minn provi dokumentali ddettaljati, fir-rigward tal-preġudizzju finanzjarju allegat — Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 57, 58)

7.                     Proċedura ġudizzjarja — Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 64) (ara l-punt 63)

Suġġett

Minn naħa, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taħtar l-organu International Management Group bħala entità ddelegata fil-kuntest tal-amministrazzjoni ċentralizzata indiretta għar-riżorsi għall-implementazzjoni ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni għall-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp u, min-naħa l-oħra, talba li tfittex li tikseb, provviżorjament, ordni kontra l-Kummissjoni sabiex timpenja ruħha f’negozjati f’bona fide mar-rikorrenti sabiex tikkonkludi ftehim ta’ delega li jagħti lill-ewwel rikorrenti l-missjonijiet ta’ implementazzjoni tal-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għal dak li jirrigwarda l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi sakemm jintbagħat mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi r-rapport definittiv tiegħu fit-tmiem tal-investigazzjoni li jirrigwarda l-proġett għal sistema ta’ drenaġġ fil-gżira ta’ Bonaire.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hja miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.