Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2014 – Urb Rulmenti Suceava vs UASI – Adiguzel (URB)

(Kawża T-506/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali URB – Trade mark kollettiva verbali preċedenti URB u trade mark nazzjonali kollettiva figurattiva preċedenti URB – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ awtorizzazzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks preċedenti – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 – Assenza ta’ ksur tal-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Urb Rulmenti Suceava SA (Suceava, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Burdusel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Harun Adiguzel (Diosd, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Bozocea, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1309/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Urb Rulmenti Suceava SA u Harun Adiguzel.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.     Urb Rulmenti Suceava SA hija kkundannata għall-ispejjeż.     Harun Adiguzel għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.