Language of document : ECLI:EU:T:2014:940





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2014 —
Urb Rulmenti Suceava vs UASI — Adiguzel (URB)


(Kawża T‑506/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali URB — Trade mark kollettiva verbali preċedenti URB u trade mark nazzjonali kollettiva figurattiva preċedenti URB — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ awtorizzazzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza ta’ ksur tal-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Applikant in mala fide fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti eżistenti fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Għarfien min-naħa tal-applikant tal-użu minn terzi ta’ sinjal identiku jew li jixxiebah — Intenzjoni tal-applikant — Livell ta’ protezzjoni ġuridika tas-sinjal inkwistjoni — Loġika kummerċjali li fuqha hija bbażata r-reġistrazzjoni tas-sinjal ikkontestat bħala trade mark Komunitarja — Kronoloġija tal-ġrajjiet li kkaratterizzaw il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark — Livell ta’ reputazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b)) (ara l-punti 25-30, 33-36, 43)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Applikant in mala fide fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark — Trade mark verbali URB (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b)) (ara l-punti 37-47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat‑12 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1309/2012‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Urb Rulmenti Suceava SA u Harun Adiguzel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Urb Rulmenti Suceava SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Harun Adiguzel għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.