Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2012 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: A. Rubio González)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9990, tat-22 ta' Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta' Koeżjoni mogħtija għall-proġetti segwenti: "Ġestjoni tal-iskart tal-Komunità Awtonoma ta' Extremadura - 2001" (CCI Nru 2001.ES.16.C.PE.043); "Tisfija u provvista fil-baċir idrografiku ta' Duero - 2001" (CCI Nru 2000.ES.16.C.PE.070); "Ġestjoni tal-iskart tal-Komunità Awtonoma ta' Valencia - 2011 - Grupp II" (CCI Nru 2001.ES.16.C.PE.026) u "Tisfija u trattament tal-ilmijiet tal-Bierzo Bajo" (CCI Nru 2000.ES.16.C.PE.036);

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi li huma essenzjalment identiċi għal dawk diġà mressqa fil-Kawża T-109/12, Spanja vs Il-Kummissjoni.

Huwa jinvoka b'mod partikolari n-nuqqas ta' motivazzjoni tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta' Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni, peress li l-Kummissjoni sempliċement irreferiet għad-dokument intitolat "Linji gwida dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji relatati mal-kuntratti pubbliċi", ippreżentati lill-Istati Membri waqt il-laqgħa tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni tal-Fond tat-28 ta' Novembru 2007, minkejja li dan ma jinkludi ebda analiżi tar-raġunijiet li jiġġustifikaw l-iffissar tar-rati fissi ta' korrezzjoni li huma indikati fih.

____________