Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Marzu 2012 - Bode Chemie vs UASI - Laros (sterilina)

(Kawża T-114/12)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bode Chemie GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laros Srl (Cremona, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta' Jannar 2012, fil-Każ R 2423/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: is-sinjal figurattiv li fih l-elementi verbali "sterilina", bil-kuluri abjad u aħmar għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8120032.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent.

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja "STERILLIUM" Nru 221168, għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Komunitarja figurattiva bil-kuluri blu u abjad "BODE Sterillium" Nru 6262257, għal prodotti fil-klassi 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn kuntrarjament għall-opinjoni tal-Bord tal-Appell, evalwazzjoni globali tal-kriterji rilevanti tal-identità u/jew xebh bejn il-prodotti, tax-xebh bejn is-sinjali u l-karattru distintiv tat-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni twassal biex tiddetermina probabbiltà ta' konfużjoni għall-pubbliku.

____________