Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2013 – Buzil-Werk Wagner vs UASI - Roca Sanitario (Roca)

(Kawża T-115/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Roca – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ROCA u trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Roca – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tal-prodotti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Buzil-Werk Wagner GmbH & Co. KG (Memmingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Waldhauser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u M. Lenz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1907/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roca Sanitario, SA u Buzil-Werk Wagner GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Buzil-Werk Wagner GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 157, 02.06.2012.