Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 – Syrian Lebanese Commercial Bank vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-174/12 u T-80/13) 1

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Adattament tat-talbiet — Terminu — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Drittijiet tad-difiża”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Syrian Lebanese Commercial Bank SAL (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentanti: P. Vanderveeren, L. Defalque u T. Bontinck, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u S. Cook, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali, l-ewwel nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 55/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplimenta l-Artikolu [32](1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 19, p. 6), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 19, p. 33), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU L 330, p. 21), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1117/2012, tad-29 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 (ĠU L 330, p. 9), il-ħames nett, tal-“ittri deċiżjonijiet” tal-Kunsill, tal-24 ta’ Jannar 2012, u tat-30 ta’ Novembru 2012, li jinnotifikaw lir-rikorrent il-miżuri restrittivi li jikkonċernawh, is-sitt nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/109/PESK, tat-28 ta’ Frar 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/739/PESK (ĠU L 58, p. 8), is-seba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 111, p. 1), it-tmien nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn dawn l-atti jaffettwaw is-sitwazzjoni tar-rikorrent,

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Is-Syrian Lebanese Commercial Bank SAL huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 23.6.2012