Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Spraylat vs ECHA

(Kawża T-177/12) 1

(REACH – Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza – Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju – Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża – Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva – Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Spraylat GmbH (Aix-la-Chapelle, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Fischer, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, A. Iber u C. Schultheiss, aġenti, assistiti minn M. Kuschewsky, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Düsterhaus u E. Manhaeve, sussegwentement B. Eggers u M. Manhaeve, aġenti

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Fattura Nru 10030371 maħruġa mill-ECHA fil-21 ta’ Frar 2012, li tistabbilixxi l-ammont tal-ispiża amministrattiva imposta fuq ir-rikorrenti u, bħala miżura kawtelatorja, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni SME (2012) 1445 tal-ECHA, tal-15 ta’ Frar 2012, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti biex tibbenefika mit-tnaqqis fil-ħlasijiet previst għall-impriżi żgħar u li timponilha ħlasijiet amministrattivi.DispożittivId-Deċiżjoni SME (2012) 1445 tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), tal-15 ta’ Frar 2012, u l-Fattura Nru 10030371, maħruġa mill-ECHA fil-21 ta’ Frar 2012, huma annullati.L-ECHA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti minn Spraylat GmbH.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.